Mur għall-kontenut ewlieni
Competition Policy

Għaliex il-politika tal-kompetizzjoni hi importanti?

Il-politika tal-kompetizzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni ta' regoli li jiżguraw li n-negozji u l-kumpaniji jikkompetu b'mod ġust ma' xulxin. Din tħeġġeġ l-intrapriża u l-effiċjenza, toħloq għażla usa' għall-konsumaturi u tgħin tnaqqas il-prezzijiet u ttejjeb il-kwalità.

Prezzijiet irħas għal kulħadd: L-iktar mod faċli kif jinkiseb sehem għoli fis-suq hu li jiġi offrut prezz aħjar. F'suq kompetittiv, il-prezzijiet jinżlu. Dan mhux biss hu tajjeb għall-konsumaturi - meta iktar nies jistgħu jixtru prodotti, dan jinkuraġġixxi lin-negozju jipproduċu u l-ekonomija tikber b'mod ġenerali.

Kwalità aħjar: Il-kompetizzjoni tinkuraġġixxi wkoll lin-negozji jtejbu l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi li jbiegħu biex jattiraw iktar konsumaturi u jwessgħu is-sehem tas-suq tagħhom. Il-kwalità tfisser: prodotti li jservu iktar jew jaħdmu aħjar; appoġġ ta' wara l-bejgħ jew tekniku aħjar; servizz iktar amikevoli u aħjar.

Aktar għażla: F'suq kompetittiv, in-negozji jippruvaw jagħmlu l-prodotti tagħhom differenti mill-bqija. Dan jirriżulta f'għażla akbar biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħżlu l-prodott li joffri bilanċ tajjeb bejn il-prezz u l-kwalità għalihom.

Innovazzjoni: Biex titwassal din l-għażla, u jsiru prodotti aħjar, in-negozji jeħtieġu jkunu innovattivi - fil-kunċett u d-disinn tal-prodott tagħhom, fit-tekniki tal-produzzjoni, fis-servizzi, eċċ.

Kompetituri aħjar fis-swieq globali: Il-kompetizzjoni fi ħdan l-UE tgħin lill-kumpaniji Ewropej isiru iktar b'saħħithom barra l-UE wkoll - u kapaċi jibqgħu sodi quddiem il-kompetituri globali.

Ara l-filmat biex tara kif taħdem fil-prattika
 
Ara hawn kif il-politika tal-kompetizzjoni jista' jkollha effett pożittiv f'ħajtek

 Tista' tniżżel dan il-filmat mill-websajt awdjoviżwali tal-Kummissjoni Ewropea.
Ara l-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

 

Tista' tniżżel dan il-filmat mill-websajt awdjoviżwali tal-Kummissjoni Ewropea.
Ara l-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

U x'inhu r-rwol tiegħek f'dan kollu?

Int għandek rwol ewlieni biex iżżomm in-negozji kompetittivi. L-għażla tiegħek ta' liema prodott tixtri tiddetermina d-direzzjoni li tieħu dik il-kumpanija.

U billi tibqa' informat u tirrapporta lill-kumpaniji li taħseb li mhumiex qed jaġixxu b'mod ġust u kompetittiv, tkun qed tiżgura li n-negozji jibqgħu jipprovdu iktar għażla, kwalità, innovazzjoni u prezzijiet iktar baxxi.